Internazzjonali

Ingilterra: Riżenja sorpriża ta’ Lord Frost

Fl-Ingilterra għadu kemm tħabbar li Lord David Frost irriżenja mill-Gvern Britanniku minħabba tħassib dwar id-direzzjoni li qabad il-pajjiż f’dawn iż-żmenijiet tal-pandemija.

Lord Frost hu famuż bħala n-negozjatur ewlieni li mexxa t-taħditiet għall-Brexit għan-nom ta’ pajjiżu. Frost, permezz ta’ ittra lill-Prim Ministru Britanniku Boris Johnson, awgura li l-Prim Ministru ma jirrikorrix għal theddid u l-miżuri ta’ forza biex jikkonfronta l-firxa tal-Covid f’pajjiżu.

Dan meta ftit tal-jiem ilu, Johnson kellu jiffaċċja oppożizzjoni qawwija mid-deputati tal-partit Konservattiv tiegħu fil-Parlament rigward il-miżuri intiżi biex jillimitaw l-effetti tal-varjant Omicron fl-Ingilterra.