Coronavirus Lokali Saħħa

Jiżdiedu l-persuni fl-isptar; Jaqbżu l-2,000 il-każi attivi tal-COVID-19

Fl-aħħar 24 siegħa pajjiżna irreġistra 282 każ ġdid ta’ COVID-19 filwaqt li 55 fiequ mill-virus. Dan ifisser li l-każi attivi f’Malta u f’Għawdex issa qabżu l-2,000 u qed jammontaw għal 2,018.

Il-persuni rikoverati fl-isptar minħabba kumplikazzjoni bil-virus fl-aħħar sigħat żdiedu minn 22 għal 30 filwaqt li l-persuni fit-taqsima tal-kura intensiva telgħu għal 4.

Fl-aħħar sigħat, ħadd ma tilef ħajtu bil-virus biex b’hekk l-imwiet tal-Pandemija jibqgħu jammontaw 471.

Intant, s’issa ingħataw aktar minn miljun doża tal-vaċċin bi kważi 170,000 ikunu dożi tal-booster.