Mara ta’ 62 sena sofriet ġrieħi gravi wara li kienet involuta f’inċident bejn erba’ karozzi. L-inċident seħħ ilbieraħ għall-ħabta tal-erbgħa ta’ waranofsinhar fi Triq Burmarrad, San Pawl il-Baħar.
Minn investigazzjoni preliminari rriżulta li seħħet ħabta bejn erba’ vetturi; Subaru Forester misjuqa minn mara ta’ 62 sena residenti n-Naxxar, Otokar Kent C misjuqa minn raġel ta’ 48 sena residenti San Pawl il-Baħar, Volvo XC60 misjuqa minn raġel ta’ 55 sena residenti l-Mellieħa u Volkswagen Polo misjuqa minn raġel ta’ 55 sena residenti x-Xewkija, Għawdex.
Fuq il-post issejjaħ tim mediku u ambulanza li ħadet lill-mara l-Isptar Mater Dei għall-kura meħtieġa. Iktar tard, hi ġiet iċċertifikata li weġġgħet gravi. Il-persuni l-oħra involuti fl-inċident ma sofrew l-ebda ġrieħi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
//= $special ?>