Futbol Sport

Napoli jegħlbu lil Milan f’partita diretta

(Ritratt: EPA)

Napoli għelbu lil Milan bl-iskor ta’ 1-0 f’partita diretta bejn żewġ timijiet fin-naħa ta’ fuq tal-klassfika. B’din ir-rebħa, Napoli laħqu lill-istess Milan fit-tieni post b’39 punt. Biż-żewġ timijiet jkollhom nurmu ta’ player neqsin minħabba injury, kien il-gowl uniku ta’ Eljuf Elmas wara ħames minuti li ddeċieda din il-partita. Lejn it-tmiem, Milan kellhom gowl ta’ Franck Kessie mħassar mill-VAR.

Fiorentina kienu miżmuma fi draw ta’ 2-2 minn Sassuolo. Sassuolo fetħu vantaġġ doppju, b’gowls ta’ Gianluca Scamacca u Davide Frattesi fl-ewwel taqsima. Fiorentina wettqu rimonta u ġabu l-iskor indaqs fit-tieni taqsima, b’gowls ta’ Dusan Vlahovic u Lucas Torreira, bil-Viola jtemmu jilagħbu bi player anqas wara li tkeċċa Cristiano Biraghi.

Gowl fl-ewwel minuta u ieħor tlett minuti mit-tmiem ikkaratterizzaw partita li ntemmet fi draw ta’ 1-1 bejn żewġ timijiet minn naħa t’isfel tal-klassifika fejn Sampdoria baqgħu fil-15 il-post b’19 il-punt u Venezia fis-16 il-post bi 17 il-punt. Wara biss minuta logħob Sampdoria marru fil-vantaġġ. Azzjoni ta’ Francesco Caputo lejn Manolo Gabbiadini li għeleb lil Sergio Romero. Fis-87 minuta minn pass ta’ Antonio Junior Vacca kien Thomas Henry li għeleb lil Emil Audero għal 1–1 .

Fi Stadio Grande Torino, Torino għelbu lil Verona 1-0 biex b’hekk, tkompli s-serje pożittiva ta’ Torino li bit-tlett punti mirbuħa telgħu fl-għaxar post b’25 punt filwaqt li Verona baqgħu fit-13 il-post bi 23 punt. Kollox deċiż matul l-ewwel taqsima. Fil-25 minuta tkeċċa għal Verona Giangiacomo Magnani b’Torino japprofittaw minuta wara b’Tommaso Pobega jgħeleb lil Lorenzo Montipo. Gowl li kien biżżejjed biex Torino kisbu s-seba’ rebħa tal-Kampjonat.

SERIE A
Illum:
Fiorentina v Sassuolo 2-2, Spezia v Empoli 0-0, Sampdoria v Venezia 1-1, Torino v Verona 1-0, Milan v Napoli 0-1