Lokali

“Niftakru f’ħutna li f’daż-żminijiet jinsabu l-Isptar” – L-Arċisqof Charles J Scicluna

“Min jaf kemm f’dan il-post ta’ professjonalita, tobba u mediċina, kemm tagħmel differenza dik in-naqra żjara li diversi wħud jagħmlu lill-qraba tagħhom fi żmienijiet”.

Hekk stqarr l-Arċisqof Charles J Scicluna waqt quddiesa li saret fil-Kappella tal-Isptar Mater Dei, b’risq dawk in-nies li bħalissa jinsabu l-Isptar għall-kura.

Hekk kif pajjiżna għadu qed jikkumbatti l-pandemija tal-COVID… l-Arċisqof Scicluna tenna l-appell tiegħu sabiex il-poplu jersaq u jieħu l-vaċċin.

Huwa qal li għalkemm huwa importanti ferm li f’dawn iż-żmien ta’ festi nżuru lill-qraba tagħhna, huwa importanti wkoll li wieħed isegwi r-restrizzjonijiet għal kontra il-Covid-19, biex kemm jista’ jkun innaqsu l-firxa ta’ dan il-virus.

L-Arċisqof stqarr li f’dawn iż-żmienijiet huwa tajjeb li nuru solidarjetà u ġenerożita ma’ xulxin kif ukoll napprezzaw lil dawk in-nies kollha li jinsabu f’ħajjitna.

Tags