“L-awtoritajiet kompetanti, għandhom jkomplu jinvestigaw bir-reqqa l-infieq ħażin mill-Gvern, speċjalment fejn jidħol l-arranġament ta’ Steward Healthcare”.
Hekk stqarr mill-ġdid l-Awditur ġenerali wara li ppublika t-tieni rapport tiegħu rigward id-deal ta’ Steward Healthcare, bir-rapport juri diversi nuqqasijiet bl-użu tal-fondi pubbliċi, inkluż is-suspett min-naħa tal-Awditur Ġenerali li l-flus tal-Gvern ma marrux direttament lejn il-kumpanija, iżda għand kumpaniji, jew persuni terzi.
Ir-rapport tal-Awditur Ġenerali b’total ta’ 467 paġna stqarr li skont l-investigazzjonijiet tagħhom jidher li l-kumpanija Vitals Healthcare, kellha djun ma’ diversi persuni, u mhux talli hekk, talli saħansitra wieħed min-nies li l-kumpanija kellha djun miegħu għadu mhux magħruf.
Dan il-fatt qed iħasseb lill-Awditur Ġenerali, hekk kif mhix normali li kumpanija taħbi l-identita ta’ dawk li għandhom iroddu lura flusho, speċjalment hekk kif l-ammont totali ta’ djun jlaħħaq it-32 miljun ewro.
L-Awditur Ġenerali nnota li fl-arranġament ma’ Stewards Healthcare kien hemm il-fatt li l-kumpanija falliet milli tipprovdi dokumenti li juru l-istat finanzjarju preżenti tal-kumpanija.
L-Awditur Ġenerali ddikjara li mhuwiex sorpriż li l-kumpanija ta’ Steward Healthcare mhiex qed timxi mal-arranġament li għamlet mal-Gvern Malti minħabba l-istat finanzjarju tagħha, hekk kif il-Ministeru tas-Saħħa kkonferma li s’issa instabu 60-il ċirkustanza fejn l-arranġament ġie miksur mill-kumpanija, speċjalment fejn tidħol il-kwalita li jinsabu fiha l-Isptarijiet.
//= $special ?>