Atletika Sport

Suċċess għall-atleti Maltin fin-nofs maratona ta’ Pisa

L-atleti Maltin Aaron Mifsud u James Sciriha temmew fit-tieni u fit-tielet post fin-nofs maratona ta’ Pisa li nżammet matul il-jum tal-Ħadd. Mifsud temm f’ħin ta’ 1:11:52 filwaqt li Sciriha temm f’ħin ta’ 1:12:37.

Għal Mifsud dan kien l-aqwa ħin fil-karriera tiegħu filwaqt li għal Sciriha dan kien it-tieni l-aqwa ħin fil-karriera tiegħu. Dan jista’ jitqies bħala suċċess għall-atleti Maltin hekk kif temmew wara l-atleta Taljan Matteo Pelizza li temm fl-ewwel post. Iż-żewġ atleti huma parti mit-tim ta’ Mellieħa Atheltics Club.