Sport Sport Ieħor

Alex Zanardi joħroġ mill-isptar wara 18-il xahar

(Ritratt: EPA)

L-atleta paralimpiku Alex Zanardi ħareġ mill-isptar 18-il xahar wara li ħabta serja ta’ handcycling ħallietu fil-kura intensiva . Dan kien ikkonfermat minn martu Daniela. Zanardi tpoġġa f’koma wara li ħabat ma’ trakk waqt tellieqa s-sena l-oħra, u l- familja baqgħet diżappuntata meta l-persuna li kienet qed issuq it-trakk tneħħiela kull att ta’ akkuża . L-eks sewwieq tal-Formula 1 u erba’ darbiet midalja tad-deheb fil-Paraolimpijadi minn dakinhar kellu diversi interventi ta’ kirurġija, iżda issa jinsab f’pożizzjoni li jkun jista’ jkompli r-rijabilitazzjoni tiegħu f’daru.

Martu qalet li kien rilaxxat mill-isptar “ftit ġimgħat ilu” u kkonfermat meta tkellmet ma’ BMW li filwaqt li għad hemm il-possibbiltà li jkollu bżonn ta aktar kura fil-mument qed jieħu kura f’ambjent aktar komdu fejn l-irkupru jista’ jkun proċess twil . Daniela Zanardi qalet li l-programm ta’ rijabilitazzjoni huwa mmexxi minn tobba, fiżjoterapisti, newropsikologi u speech therapists u kollox qed iwassal għal progress kostanti.