Hekk sostniet Anne Marie Grech, il-Mara tal-Kap tal-Partit Nazzjonalista, meta t-Tnejn wara nofsinhar żaret lil Dar Merħba bik f’Ħal Balzan u ppreżentat donazzjoni lil Elaine Pavia, il-Kap tal-Fondazzjoni ‘Good shepard sisters’ – fondazzjoni li toffri l-għajnuna lil għadd ta’ nisa u tfal li jkunu sfaw vittmi ta’ vjolenza domestika.
Din l-organizzazzjoni non governattiva toffri s-servizzi tagħha f’żewġt idjar – Dar Merħba Bik u Dar Bakita – djar li joffru post sigur lil dawk in-nisa u tfal li jkunu għaddew minn esprejenża ta’ vjolenza domestika fid-dar tagħhom.
Tul din iż-żjara ġie spjegat li din il-fondazzjoni toffri servizzi għal numru ta’ familji li jgħaddu minn esperjenzi xejn pjaċevoli ta’ vjolenza domestika u ma jkollhomx għażla oħra ħlief li jirrikorru għall-għajnuna tagħhom. Fost is-servizzi, Elaine Pavia spjegat li huma joffru residenza lil dawn il-vittmi kif ukoll programmi terapewtiċi.
AnneMarie Grech stqarret li żjarat bħal dawn fejn kważi kważi tista’ tmiss il-faqar b’idejk mhux biss finanzjarju iżda ankè soċjali – ikompli jimliha b’determinazzjoni biex taħdem.
Min-naħa tagħha Elaine Pavia appellat lill-poplu Malti sabiex ikun dejjem ikattar is-solidarjetà.
//= $special ?>