Lokali

Ian Castaldi Paris mhux se jirriżenja…iżda jgħid li mhux se jikkontesta l-elezzjoni li jmiss

Wara li aktar kmieni llum kien żvelat li d-Deputat Laburista Ian Castaldi Paris kien ġie ordnat iħallas €300,000 f’taxxi mhux imħallsa u multi, pemezz ta’ post fuq Facebookk ftit tal-minuti ilu l-istess Deputat stqarr li ma kienx se jikkontesta l-elezzjon ġenerali li jmiss mal-Partit Laburista. Iżda hu se jkun qed iżomm postu fil-Parlament u mhux se jirriżenja.

Din l-istqarrija ġiet fl-istess ħin li kien żvelat li Silvio Griscti, Deputat ieħor Laburista, kien irriżenja mill-Parlament hekk kif qed jiġi interrogat mill-Pulizija.

Fil-post tiegħu, Castaldi Paris qal li d-deċiżjoni tiegħu mhijiex marbuta mal-istorja tal-evażjoni tat-taxxa li hu ddeskriva bħala ‘minfuħa’ u insista li din id-deċiżjoni kien ilu li ħadha.

Ian Castaldi Paris kiteb li ‘wasal iż-żmien li l-prijoritajiet tiegħi jerġgħu jkunu l-familja u ta’ madwari li meta ndividwu jgħażel li jidħol jagħti servizz jerfgħu miegħu l-piż’.

Din hi l-istorja li ħarġet aktar kmieni dalgħodu: