Fl-aħħar 24 siegħa pajjiżna irreġistra 252 każ ġdid ta’ COVID-19, filwaqt li fl-istess ħin fiequ 80 persuna mill-virus, biex b’hekk il-każi attivi f’Malta u f’Għawdex issa żdied għal kważi 2,200. Dan ifisser li fl-aħħar sebat ijiem, it-total ta’ kazi ġodda jammonta għal kważi 1,481- l-ogħla żieda ta’ każi pożittivi f’temp ta’ Gimgħa sa’ minn Marzu li għadda.
Il-Ministeru tas-saħħa ħabbar ukoll li l-persuni rikoverati fl-isptar Mater Dei minħabba sintomi tal-virus fl-aħħar sigħat żdiedu minn 30 għal 42, filwaqt li l-persuni fit-taqsima tal-kura intensiva telgħu għal 5.. Dan ifisser li f’jumejn kellna żieda ta’ 20 pazjent fl-Isptar u żieda ta’ żewġ pazjenti fl-ITU.
Fl-aħħar sigħat, fortunatament ħadd ma tilef ħajtu bil-virus biex b’hekk l-imwiet tal-Pandemija jibqgħu jammontaw 471.
Intant, s’issa ingħataw madwar 167,000 dożi tal-booster.
//= $special ?>