F’għeluq il-71 anniversarju mill-mewt tal-Eks Prim Ministru Nerik Mizzi, li miet fl-eta’ ta’ 65 sena waqt li kien qed jokkupa il-kariga ta’ Prim Ministru…. delegazzjoni mill-Partit Nazzjonalista flimkien mal-Fondazzjoni Fortunato Nerik Mizzi…. poġġew fjuri quddiem il-monument tiegħu li jinsab quddiem il-KonKatidral ta’ San Ġwann fil-Belt Valletta.
Nerik Mizzi huwa iben Fortunato Mizzi, il-persuna li fforma il-Partit Nazzjonalista. Huwa kien sar Prim Ministru f’Settembru tal-1950 liema kariga damet biss tliet xhur, hekk kif fl-20 ta’ Diċembru tal-1950, Mizzi miet fir-residenza tiegħu fil-Belt Valletta.
Id-delegazzjoni tal-Partit Nazzjonalista kienet magħmula mis-Segretarju Ġenerali Michael Piccinino kif ukoll is-Segretarju Eżekuttiv Organizzativ Rudolph Marmara
//= $special ?>