Lokali

Il-Gvern ta’ Robert Abela f’kollass totali

Fi kliem il-Kap tal-PN Bernard Grech, l-avvenimenti tal-aħħar 24 siegħa jikkonfermaw illi l-Gvern ta’ Robert Abela jinsab f’kollass totali. U hemm xibka ta’ kriminalità li qed tikkrolla biċċa biċċa u m’għadhiex tenibbli.

Illum biss assistejna għal riżenja ta’ Membru Parlamentari għax investigat mill-Pulizija, ieħor ma jistax jikkontesta għax investigat fuq evażjoni ta’ taxxa u nkixef mill-ġurnalisti, u Ministru tal-Edukazzjoni għadha hemm għax il-Prim Ministru jibża’ jkeċċiha.Gvern li qed iwassal għal ħsara irreparabbli għal isem pajjiżna waqt li suppost niġġieldu pandemija u ffukati biex noħolqu l-ġid.

https://www.facebook.com/bernardgrechmt/posts/459303748925603?cft[0]=AZXT3zdo77tB9Oyz4-KUZzNCHsndiMgOWhfi2tOYy5qfqkIlUVSivNYxLALg38R5Y5fQ3d7MP18b6NjNB033IfRlLUIGiranknGMQ9uTt5lTA3G1rC4-8AcDauDYHPUYrqdI5gMVW_2M3rRcx2nUx6LG&tn=%2CO%2CP-R

F’post fuq il-media soċjali, Bernard Grech qal li l-ħaddiem Malti, iż-żgħażagħ u l-Maltin kollha għandhom dritt għal gvern li jmexxi b’serjetà u għaqal. Il-PN jrid ikun dak il-Gvern li ħaqqhom il-Maltin beżlin u ħawtiela. Il-Maltin ħaqqhom aħjar.

“Aħna ser inkunu aħjar.Ingħaqdu magħna llum biex inneħħu dan il-Gvern li mhuwiex tenibbli u nagħtu gieħ lil Malta bi gvern ġdid nadif, onest, u lest biex jaħdem għalik. B’hekk nibdew intejbu r-reputazzjoni ta’ pajjiżna.”

Arkivji