Lokali

Jindarab gravi wara ħabta fis-sigħat bikrin ta’ filgħodu

Raġel ta’ 30 sena minn Ħad-Dingli kellu jittieħed l-Isptar Mater Dei hekk kif kien passiġġier f’karozza li kienet involuta f’inċident tat-traffiku fis-sigħat bikrin tat-Tnejn filgħodu.

Il-każ seħħ għall-ħabta tan-nofs siegħa ta’ filgħodu fi Triq Ħal Far, Birżebbuġa meta mill-ewwel investigazzjonijiet karozza misjuqa minn żagħżugħ ta’ 29 sena minn Ħad Dingli…li miegħu kien hemm passiġġier ir-raġel ta’ 30 sena, kienet involuta f’ħabta ma’ vettura misjuqa minn mara ta’ 42 sena residenti Birżebbuġa fejn flimkien magħha kien hemm ukoll żagħżugħ ta’ 15-il sena.

Filwaqt li r-raġel ta’ 30 sena minn Ħad Dingli ġie ċċertifikat li ġarrab ġrieħi gravi, il-mara u ż-żagħżugħ li kienu fil-vettura l-oħra ingħataw il-kura fiċ-Ċentru tas-Saħħa.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.