Numru ta’ ħaddiema tal-Awtorità tat-Turiżmu qattgħu xi jiem alloġġjati f’żewġ lukandi lussużi fil-Belt Valletta, waqt li ġew organizzati żewġ avvenimenti ta’ divertiment aktar kmieni din is-sena…. U dan kollu minn fuq it-taxxi tal-poplu Malti u Għawdxi.
Din l-aħbar li kienet żvelata minn Net News aktar kmieni dan ix-xahar u issa ġiet ikkonfermata mill-Awtorità tat-Turiżmu stess, fejn ġie konfermat li l-membri tal-istaff tal-MTA kienu qagħdu f’żewġ lukandi fil-belt waqt żewġ avvenimenti separati organizzati fis-sajf li għadda li kienu jinkludu – prestazzjoni mill-BBC Concert Orchestra li sar f’Settembru li għadda u prestazzjoni oħra mid-DJ rinomat Pete Tong illi sar il-ġimgħa ta’ wara.
L-MTA ma żvelatx għal kemm iljieli kienu ġew ibbukkjati l-kmamar, u lanqas ma tat analiżi sħiħa tal-ispiża, iżda kelliem għall-awtorità kkonferma li l-akkomodazzjoni swiet madwar €165 għal kull lejl għal kamra waħda biss … igifieri b’kollox hu maħsub li l-ispiza telgħet għal madwar €3,000 ..li għalihom.. ħallas il-poplu minn butu.
Diversi persuni li kienu tkellmu ma’ din il-kamra tal-aħbarijiet u li huma ferm qrib tal-klikka ta’ Kastilja… saħqu li “L-MTA ġabuha ATM”.
Huma qalu li għalkemm il-Prim Ministru jaf b’dak kollu li hu għaddej…. huwa kompletament bla saħħa fil-konfront ta’ nies bħal Lionel Gerada… fejn hu magħruf sew għar-rabtiet mill-qrib tiegħu ma’ Konrad Mizzi.
Intant .. Meta ftit tal-jiem ilu, staqsejna lill-istess Ministru kif se jgħin lil-operaturi turistiċi hekk kif jidher li ġej staġun ieħor iebes għalihom minħabba l-pandemija… jidher biċ-ċar li għadu bla pjan.