L-ivjaġġar fil-perijodu tal-festi tal-Milied u l-Ewwel tas-Sena mistenni jżid b’mod konsiderevoli l-firxa tal-varjant Omicron f’diversi partijiet tad-dinja.
Sostna dan l-espert Amerikan Anthony Fauci f’intervista li ta lill-media fl-Istati Uniti.
Fauci wissa wkoll fuq l-impatt li jaf ikollu l-Omicron fuq il-persuni li ma tlaqqmux. U eventwalment, jaf naraw żieda qawwija fin-numri ta’ persuni rikoverati l-isptar.
S’issa, Franza u l-Ġermanja huma l-pajjiżi li diġa’ daħħlu restrizzjonijiet fuq l-ivjaġġar. Filfat li l-Gvern Olandiż inntroduċa lockdown parzjali.
Anke fl-Italja, l-awtoritajiet tas-saħħa qalu li l-pajjiż jinsab f’fażi akuta. U mhux eskluż li r-Reġjuni jaqilbu għal livell ta’ allarm ‘oranġjo’ kif kienu aktar kmieni din is-sena.
//= $special ?>