Żagħżugħa ta’ 27 sena kellha tittieħed b’urġenza l-Isptar Mater Dei wara li ntlaqtet minn vettura fil-Mellieħa.
Il-każ seħħ il-Ħadd kmieni filgħaxija għall-ħabta tas-19.30 meta għal xi raġuni l-vittma ntlaqtet minn karozza misjuqa minn raġel ta’ 33 sena minn San Pawl il-Baħar.
Fil-post ġiet imsejħa minnufih għall-għajnuna ta’ tim mediku tal-ambulanzi li ħa lill-mara l-isptar għal aktar kura fejn ġiet iċċertifikata li ġarbet ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija b’rabta ma’ dan il-każ għadhom għaddejjin.
//= $special ?>