Lokali Qorti

Seba’ xhur ħabs għal Jordan Azzopardi wara li attakka persuna fl-2015

L-allegat traffikant tad-droga Jordan Azzopardi ġie kundannat seba’ xhur ħabs wara li fl-2015 ħebb għal raġel li ħallih ferut gravi. Ir-raġel kein ġie segwit, imsawwat fil-pubbliku u kellu ħwejjġu mqatta’, pie msawwat u spiċċa kollu tbenġil, iżda rnexxielu jaħrab wara li kien qed jitkaxkar għall-karozza ta’ Azzopardi. Azzopardi. Il-vittma kien spiċċa mbenġel. Huwa nstab ħati wkoll li hedded lil mara tal-vittma.

Azzopardi, li bħalissa jinsab barra fuq libertà proviżorja waqt li qed jistenna li jgħaddi ġuri għal akkużi separati relatati ma’ tmexxija ta’ operazzjoni ta’ traffikar ta’ droga fuq skala kbira, ħasil ta’ flus u flus kontanti foloz. Inizjalment huwa wieġeb mhux ħati tal-akkużi fuq is-swat u feriment.

Huwa baqa’ jinsisti l-innoċenza tiegħu għal 33 seduta tal-qorti, iżda ħames snin wara li tressaq il-Qorti għall-ewwel darba fil-każ, biddel il-verżjoni tiegħu u rreġistra ammissjoni. Din ma kinitx “sempliċi ġlieda bejn ħbieb li eskalat, iżda attakk premeditat u ppjanat,” osservat il-Maġistrat Nadine Lia meta tat is-sentenza fuq l-ammissjoni ta’ Azzopardi stess.

Hija nnotat li kien sar ħafna xogħol u spejjeż minn mindu tressaq il-Qorti. Barra minn hekk, matul dak iż-żmien kollu Azzopardi qatt ma kien wera rimors u lanqas skuża ruħu mal-vittmi. Lanqas ma ġiet prodotta xi evidenza dokumentata biex titfa’ dawl fuq is-saħħa psikjatrika ta’ Azzopardi fil-ħin tal-inċident vjolenti.

Dwar l-aggressjoni nnifisha, il-Qorti nnutat li l-vittma kienet sofriet diversi ksur u kellha bżonn kura fl-isptar għal ġrieħi fit-tul. “M’hemmx post għal aġir bħal dan fis-soċjetà,” stqarret il-Maġistrat Lia, filwaqt li ċaħdet is-suġġeriment tal-partijiet għal sentenza sospiża bħala piena.

Ma kienx biżżejjed li jittieħed kont tal-aspett riformattiv tal-piena iżda l-qorti kellha ssib bilanċ bejn il-gravità tal-każ u l-interessi tal-vittma kif ukoll dawk tas-soċjetà inġenerali. Il-Qorti kellha tiżgura li ma jkunx hemm ripetizzjoni anke fid-dawl taċ-ċirkostanzi tal-każ u l-fatt li Azzopardi kien reċediv, qalet il-maġistrat.

Meta applikat il-liġi li kienet fis-seħħ fiż-żmien tar-reat, il-qorti kkundannat lill-akkużat għal seba’ xhur ħabs. L-ebda kumpens ma seta’ jingħata lill-vittma peress li l-ammont ta’ danni mġarrba ma kienx ġie indikat b’mod ċar. Is-Supretendent Trevor Micallef mexxa l-prosekuzzjoni.