Għalliema ta’ 36 sena minn Ħal Luqa qed tallega li l-amministrazzjoni ħażina tal-vaċċin li hija ngħatat kkawżalha problemi f’saħħitha fejn saħanistra saret rakkomondazzjoni fil-konfront tagħha minn esperti mediċi biex tagħmel intervent.
F protest ġuddizzjarju li ppreżentat fl-Prim Awla tal-Qorti Ċivili kontra l-Ministeru tas-Saħħa, s-Supretendent tas-Saħħa Pubblika u d-Direttur Ġenerali tad-Dipartimemti tas-Servizzi tas-Saħħa hija qalet li rċeviet l-ewwel vaċċin tad-ditta AstraZeneca kontra l-COVID-19 fit-3 ta’ Marzu ta’ din is-sena ġewwa l-Università. ta’ Malta, fi spallejha x-xellugija.
Qalet li ftit minuti wara li ngħatat dan l-ewwel vaċċin hija bdiet issofri minn uġigħ qawwi, liema uġigħ kompla jinfirex ma’ driegħha u idha kollha. Fid-29 ta’ Marzu hija marret għad it-tabib tal-familja David Fenech, fejn iċċertifikiha li qed issofri minn uġigħ qawwi fi spallejha x-xellugija minħabba kumplikazzjoni li żviluppat wara li ħadet il-vaċċin u ordnalha biex ma ssuqx.
Kopja taċ-ċertifikat mediku li ġie ppreżentat fil-Qorti juri li kemm-il darba l-għalliema kellha żżur l-Isptar ta’ Mater Dei minħabba dan l-uġigħ persistenti u saħansitra kellhom isirulha bosta MRI’s. Fit-13 ta’ April invistaha l-Konsulent Newrologu Malcolm Vella li rreferiha għand konsulent ortopediku għax isusspetta li qed issofri minn kundizzjoni bl-isem ta’ ‘SIRVA’ li proprju tfisser ‘Shoulder Injury Related to Vaccine Administration’.
Fit-12 ta’ Mejju 2021, l-mara rċeviet it-tieni doża ta’ dan l-imsemmi vaċċin, liema vaċċin ġie amministrat mill-‘Head Nurse’ ġewwa l-Universita’ ta’ Malta, u din id-darba fi’ driegħha l-leminija, u hawn il-mara ma sofriet minn l-ebda uġigħ jew kumplikazzjoni wara dan it-tieni vaċċin.
Fid-19 ta’ Lulju 2021, il-kirurgu ortopediku Kurstein Sant ħa l-każ f’idejh wara li hija immedjatament ilmentat minn ammont eċċessiv ta ‘uġigħ meta mqabbel għal injezzjonijiet ta’ tilqim preċedenti. Dan l-uġigħ ma solviex u wara ftit jiem bdiet tesperjenza spażmi fl-ispalla tax-xellug.
Sant hawn avża lil mara bill- possibilita’ tal-bżonn ta’ operazzjoni l-għaliex il-bosta steriod injections li kienu qed jiġu amministrati fuq l-ispalla xellugija tal-mara ma bdewx jaħdmu biex itaffu l-infjammazzjoni qawwija li bdiet issofri minnha.
Għaldaqstant l-għalliema fil-protest tas-saħħa qed titlob li dawn responsabbli sabiex fi żmien jumejn min-notifika tal-protest ġudizzjarju, jersqu għal- likwidazzjoni u l-ħlas ta’ danni sofferti minnha minħabba l-amministrazzjoni ħazina tal-ewwel vaċċin tal-AstraZeneca kontra l-COVID-19.
Dan peress li d- debilità permanenti li illum qed issofri fi spallejha x-xellugija hija kaġun dirett ta’ l-aġir ta’ min amministra l-vaċċin,, u dan minħabba nuqqas ta’ diliġenza, prudenza jew ta’ ħsieb u traskuraġni. Fin-nuqqas ta’ azzjoni jgħid il-protest, hija se tkunqed tipproċedi kontrihom skond il-liġi. L-Ufficju tal-Avukat tal- Istat ġie notifikat ukoll b’dan il-protest. Il-protest ġie ffirmat mill-Avukat Mariah Mula.
//= $special ?>