Hekk kif in-numru tal-infezzjonijiet tal-Covid qed ikomplu jiżdiedu b’mod mgħaġġel fil-gżejjer Maltin, qegħda kull ma jmur tikber dejjem aktar ukoll il-pressjoni fuq is-servizzi kollha tas-saħħa f’pajjiżna.
Fl-isptar Mater Dei huwa l-aktar li qed tinħass din il-pressjoni, bin-nuqqas ta’ infermiera u ta’ carers jagħmilha dejjem aktar diffiċli biex il-ħaddiema jlaħħqu max-xogħol li qed jiżdied b’rata qawwija.
Persuni li tkellmu ma’ NetNEWS qalu li f’diversi wards issa hemm numru ta’ pazjenti li huma pożittivi għall-Covid.
Din il-pressjoni qed tfisser li għaldarboħra persuni li kellhom appuntamenti l-isptar għal interventi minuri u anke oħrajn mhux daqstant żgħar qed ikollhom l-appuntamenti tagħhom imħassra.
Anke n-numru li wieħed irid iċempel sabies jibbukkja swab test, il-111 jidher li mhux qed ilaħħaq mad-domanda, b’ħafna jgħidulna li qed jagħmlu ħin twil fuq il-linja jippruvaw jaqbdu.
Is-sitwazzjoni mhux mistennija li titjieb fil-jiem li ġejjin hekk kif nidħlu aktar fi żmien il-festi u aktar persuni jitħalltu flimkien.
L-appell hu sabiex kulħadd jieħu l-prekawzjonijiet meħtieġa, jilbes il-maskra, jaħsel idejh ta’ spiss u jżomm kemm jista’ jkun id-distanzi soċjali.
//= $special ?>