Tottenham kienu eliminati mill-UEFA Conference League wara li l-UEFA ddeċidiet li l-partita kontra Rennes tkun abbandunata u tat riżultat ta’ 3-0 lil Rennes wara li l-partita ma ntlagħbitx minħabba li Tottenham kellhom 13-il każ pożittiv għall-Covid-19.
Aktar kmieni l-ġimgħa li għaddiet, il-UEFA qalet li din il-logħba ma setgħatx tintlagħab f’data oħra, bil-bord tad-dixxplina tal-UEFA jiddeċieda li jagħti rebħa ta’ 3-0 lil Rennes, biex b’hekk kwalifikaw għar-round li jmiss flimkien ma’ Vitesse.
//= $special ?>