Kenneth Vella
Fil-korsa tal-Marsa nieżel is-siparju fuq l-istaġun 2021 bis-46 u l-aħħar laqgħa tas-sena fuq disa’ tiġrijiet kollha għal żwiemel tat-trott. Ħamsa minn dawn ġabu fi tmiemhom ukoll is-sensiela ta’ kampjonati għal żwiemel Francizi fuq distanza twila ta’ 2640m. Minn dawn spikkat l-aktar il-finali Prix De Vincennes għal żwiemel tal-klassi Premier u li ntrebħet minn Vangiskan Scott misjuq minn Charles Camilleri.
Għaxar zwiemel ħadu sehem fil-finali Premier. Brut De La Cote (Ludvic Ghigo) kien l-aktar żiemel veloċi wara l-karozza tat-tluq u matul l-ewwel metri fetaħ vantaġġ zgħir minn Chaud Devant (Noel Baldacchino) u Casting De Chenu (Ivan Bilocca). 900m mit-tmiem Brut De La Cote kellu ftit ta’ diffikultà u ċeda l-kmand lil Chaud Devant. Madankollu fl-aħħar metri anki Chaud Devant inqabeż minn Vangiskan Scott (Charles Camilleri) li ħa l-ewwel rebħa tas-sena mill-istess Chaud Devant. Vanderlov (Melvin Farrugia) temm it-tielet minn Up And Go (Jesmar Gafa’) u Baxter Du Klau (Kurt Saliba).
Intant ir-rebbieħ kellu medja ta’ 1.14.6” fil-kilometru. Fi tmiem il-finali, Lorraine Cunningham, media officer tal-Malta Racing Club ippremjat lil Charles Camilleri u lis-sidien taz-ziemel rebbieħ.
Taqtiegħa bejn tlieta fl-aħħar metri tal-finali Prix d’Enghien tal-klassi Gold waslet lil Casino d’Ourville (Rodney Gatt) biex jakkwista l-ewwel rebħa fi xtutna. Dan bi ftit minn Diza Du Courtille (Ivan Stivala) u Belmann (Clint Vassallo). Chemsak Vedaquais (Jeffrey Said) u Bottarus (Charles Degiorgio) daħlu fir-raba’ u l-ħames post rispettivament.
Fil-finali tal-Prix De Cabourg tal-klassi Silver, Diego Du Coudou (Jesmar Gafa’) mar quddiem sa mill-bidu nett tat-tiġrija u żamm il-kmand sat-tmiem. Dan ħa t-tieni rebħa f’Malta wara li fid-dritta finali xejjen l-isfida ta’ Defi Nay (Rodney Gatt). Deal De Cahot (Charles Camilleri), Apache Reyor (Charles Degiorgio) u Diablo De Forgan (Michael Ellul) daħlu warajhom f’dik l-ordni.
Ir-rizultati kollha
I Tiġrija. Klassi Bronze. Dist – 2640m. 1. Fast Loulou (N. Baldacchino) Ħin – 3.22.4” (1.16.7”) 2. General De L’Isac (P. Galea) 3. Felin Du Christal (S. Schembri) 4. Fuego Du Granou (D. Baldacchino)
II Tiġrija. Finali Prix De Caen. Klassi Copper. Dist – 2640m. 1. Givre Nonantais (Cherise Farrugia) Ħin – 3.19.9” (1.15.7”) 2. Concerto Cehere (C. Calleja) 3. Hydra De L’Erdre (R. Gatt) 4. Divonne (S. Grixti) 5. Gamine d’Hawai (L. Ghigo)
III Tiġrija. Klassi Bronze. Dist – 2640m. 1. Fortuna De Coudde (C. Calleja) Ħin – 3.21.3” (1.16.2”) 2. Comme Dab (N. Baldacchino) 3. Djoko Des Tithais (R. Gatt) 4. Vieux Lille (A. Fenech)
IV Tiġrija. Finali Prix De Cagnes Sur Mer. Klassi Bronze. Dist – 2640m. 1. Drakkar Cleville (C. Calleja) Ħin – NTR 2. Feus Du Juille (K. Saliba) 3. Vaillant Marceaux (R. Gatt) 4. Good Buz (K. Galea) 5. Baron De Neuillac (C. Camilleri)
V Tiġrija. Finali Prix De Cabourg. Klassi Silver. Dist – 2640m. 1. Diego Du Coudou (J. Gafa’) Ħin – 3.19” (1.15.4”) 2. Defi Nay (R. Gatt) 3. Deal De Cahot (C. Camilleri) 4. Apache Reyor (C. Degiorgio) 5. Diablo De Forgan (M. Ellul)
VI Tiġrija. Klassi Silver. Dist – 2640m. 1. Gigaro AM (A. Bartolo) Ħin – NTR 2. I Come In Peace (M. Ellul) 3. Gringo Boko (C. Camilleri) 4. Henrik Ibsen A.T. (C. Calleja)
VII Tiġrija. Finali Prix d’Enghien. Klassi Gold. Dist – 2640m. 1. Casino d’Ourville (R. Gatt) Ħin – 3.19” (1.15.4”) 2. Diza Du Courtille (I. Stivala) 3. Belmann (C. Vassallo) 4. Chemsak Vedaquais (J. Said) 5. Bottarus (C. Degiorgio)
VIII Tiġrija. Finali Prix De Vincennes. Klassi Premier. Dist – 2640m. 1. Vangiskan Scott (C. Camilleri) Ħin – 3.16.9” (1.14.6”) 2. Chaud Devant (N. Baldacchino) 3. Vanderlov (M. Farrugia) 4. Up And Go (J. Gafa’) 5. Baxter Du Klau (K. Saliba)
IX Tiġrija. Klassi Gold. Dist – 2640m. 1. Dynamit Life (K. Galea) Ħin – 3.20.9” (1.16.1”) 2. Eurythmic Sisu (K. Sciberras) 3. Neverendingdream (C. Vassallo) 4. Whataboutyou Zaz (N. Baldacchino)
//= $special ?>