Arsenal sar l-ewwel tim fis-semifinali tal-EFL Cup wara li għelbu lil Sunderland bl-iskor ta’ 5-1. Il-Gunners fetħu l-iskor fis-17-il minuta meta minn corner mil-lemin, Rob Holding ra d-daqqa ta’ ras tiegħu salvata mill-goalkeeper, b’Eddie Nketiah jirreaġixxi qabel kulħadd u jitfa’ fix-xibka għal 1-0. Arsenal rdoppjaw 10 minuti wara meta din id-darba kien Nicolas Pepe li wara li bidel il-ballun tajjeb ma’ Cedric Soares, ra x-xutt tiegħu devjat fix-xibka għal 2-0. B’Arsenal fil-kontroll tal-partita Sunderland daħlu fil-partita fil-31 minuta meta minn kontrattakk veloċi kien Nathan Broadhead li qabbeż minn fuq Bernd Leno għal 2-1. Fit-tieni taqsima Arsenal iddominaw il-partita b’Eddie Nketiah jiskorja t-tielet gowl tagħhom fid-49 minuta wara pass ta’ Nuno Tavares. Nketiah għaqqad il-hat-trick personali fit-58 minuta meta wara azzjoni maħduma tajjeb, b’eleganza xeħet il-ballun fix-xibka għal 4-1. Intant fid-90 minuta kien id-debuttant Charlie Patino li żied il-ħames gowl għal Gunners.
EFL CUP
llum: Arsenal v Sunderland 5-1, Għada Brentford v Chelsea 8.45pm, Liverpool v Leicester 8.45pm, Tottenham v West Ham 8.45pm
//= $special ?>