Lokali Qorti

€20 miljun f’ħasil ta’ flus u evażjoni ta’ taxxa fuq karozzi lussużi u ġojjelli

Erba’ Libjani akkużati b’ħasil ta’ flus u evażjoni ta’ taxxa ta’ aktar minn 20 miljuni ewro ilhom is-snin joħorġu u jidħlu minn Malta bi flus kontanti  u dan f’oġġetti relatati ma’ karozzi lussużi, ġojjelli u ħwejjeġ tad-ditti. L-aktar destinazzjoni fejn kienu joħorġu bil-flus kienet it-Turkija.

Oġġetti oħra li ssemmew fil-Qorti kienu jinkludu ross, saqajn tat-tiġieġ u ħalib tat-trabi. Il-Libjani kienu jgaħddu mid-dwana b’eluf kbar ta’ ewro, liema traġitti kienu ilhom għaddejjin sa mill-2010. L-operazzjoni iżda bdiet tikber mill-2019 ‘l hawn fejn minn hemm żl quddiem l-aktar fejn jidħlu prodotti tal-ikel il-Libjani kienu ddikjaraw  €18,532,035.

L-akkużati ġew arrestati wara li f’operazzjoni li wettqu il-Pulizija mill-Iskwadra ta’ Kontra l-Ħasil ta’ Flus, fejn ġew elevati żewġ vetturi lussużi li ammonti tagħhom huwa ta’ madwar €100,000, uda kollu fi flus kontanti, Instabu wkoll pjanċi ta’ vetturi b’reġistrazzjoni barranija, apparat elettroniku li jinkludi fost oħrajn mobiles, pendrives, kompjuters, tablets u servers u ammont kbir ta’ dokumenti li għadhom qed jiġu analizzati.

L-akkużati huma Hesham Zayed,  kuntrattur  ta’ 45 sena  residenti l-Ħamrun, , Essam Mohamed Edernawi ta’ 48 sena li jaħdem għal rasu, Khaled Baely u Hdidan Tamer Ramadan Ali. Akkużi qegħdin isiru wkoll kontra  ħames kumpaniji rappreżentati minn Zayed, PHF Ltd, UGT Company Ltd, Express Route Company Ltd, HZ Medical Equipment and Health Services Company Ltd u H&H Investments Ltd.

Intelliġenza li wasslet biex jissolva l-każ

L-Ispettur Keith Mullen qal quddiem il-Maġistrat Gabriella Vella li l-iskwadra ta’ kontra l-Ħasil ta’ Flus irċiviet intelliġenza f’Mejju tal-2020 li numru ta’ persuni ta’ oriġini Għarbija li għandhom ċittadinanza  Maltija jew permess ta’ residenza fil-Gżejjer Maltin kienu ilhom jiddikjaraw ammontanti sostanzjali ta’ eluf ta’ ewro mad-dwana Maltija fl-ajruport.

Dawn l-ammonti kienu jvarjaw, iżda fil-maġġoranza kienu jaqbżu l-€100,000 kull dikjarazzjoni u ġieli qabżu wkoll l-€200,000. Minn ivestigazzjonijiet preliminari li għamlu l-Pulizija deher li l-persuni ndikati fl-intelliġenza ma kienux kollha jagħmlu parti mill-istess grupp.

L-Ispettur Keith Mullen qal li fil-fatt l-investigazzjonijiet prelimari tal-Pulizija tkomplew fuq żewġ binarji. Dawk ma’ persuni li kienu qegħdin jidikjaraw flejjes f’isem l-isem l-imputart Hesham Zayed kif ukoll kumpaniji li hu kien involut fihom speċifikament.

L-Ispettur semma lil U.G.T Comapany Limited, Wedo Oil & Gas Services Limited u Drinkeat International Company Limited. L-ewwel dikjarazzjoni li l-Pulizija kienet infurmata biha saret minn Zayed fl-2012, 2013 u 2014 fejn ma sarux dikjarazzjonijiet anke fis-snin ta; wara li jaslu sal-2017 ta’ eluf ta’ ewro u kien hemm okkażjoni minnhom li qabżet il-miljun ewro.

Fil-konfront tat-tliet akkużati l-oħra Tamer kien iddikjara  €27,600 hu u ġej mill-Libja biex jixtri karozza. Baeley minn naħa tiegħu kien inqabad b’€250,430 fi Spanja bi flus kontanti mhux dikjarati filwaqt li Zayed kine iddikjara € 298,700. Kollox jindika li Zayed beda jnaqqas mill-joħroġ hu bi flus kontanti u persuni oħra daħlu fix-xena fosthom Baeley u Ramandan Alis Hdidan l-imputati.

Ix-xhud qal li jidher ukoll li ċertu Omar Azumi u residenti Manchester, Al Forgani u El Wohashi kien wkoll involut. Qal li inkonnessjoni ma’ dan il-każ Zayed kien avviċina lill-Pulizija volontarjament sabiex jagħti spjegazzjoni ta; dak li ġara u stqarr li dawn il-flus kienu tiegħu u kienu intenzjonati biex Azumi jwassalhom fl-Ingilgterra u jintużaw bħala kapita inizjali għall-kumpanija li kien għafu kif fetaħ fir-Renju unit bl-isem ta’ FX and Payments Limited.

Diffiċli għal Libjani li jmexxu l-flus minn sistema bankarja

L-Ispettur Mullen qal li Zayed kien qallu li kien diffiċli għal Libjani bħalu li jmexxu flus mis-sistema bankarja normali. Qal ukoll li il-Libjan dak inhar kien iddikjara ukoll li għandu sehem minn kumpaniji f’Malta, l-Libja u t-Turkija. Tenna li b’b’kollox sas-17 ta’ Frar li għadda ġew iddikjarati madwar €20,700,000 fi flus kontanti mad-dwana ta’ Malta u l-maġġoranza tagħhom waqt li ħerġin minn Malta lejn Istanbul.

L-Ispettur Mullen qal li f’din id-data dawn id-dikjarazzjonijiet waqfu ħesrem u li fil-perjodi li saru d-dikjarazzjonijiet “ma rajniex cash withdrawals sostanzjali minn ebda kont tal-bank tal-imputati u nies assoċjati magħhom.” Għal Libjani qegħdin jidhru l-Avukati Franco Debono , Arthur Azzopardi, Mario Buttigieg, Mario Mifsud u Christian Camilleri.