Futbol Sport

Il-President tal-CAF jisħaq li t-Tazza tan-Nazzjonijiet Afrikani se ssir kif pjanat

Il-president tal-Konfederazzjoni Afrikana tal-Futbol, Patrice Motsepe, saħaq li t-Tazza tan-Nazzjoniijiet Afrikani se ssir kif f’Jannar li ġej, kif skedat. Dan minkejja t-tħassib ta’ ħafna dwar l-aħħar żviluppi gobali b’rabta mal-imxija tal-Covid-19 u l-varjant il-ġdid tal-Omicron.

Motsepe kien qed iżur l-istadium li se jospita l-partita inawgurali tat-turnament fid-9 ta’ Jannar fil-Kamerun, fejn aċċerta lil dawk preżenti li l-edizzjoni ta’ din is-sena se ssir kif pjanat. It-Tazza tan-Nazzjonijiet Afrikani kienet skedata li tintlagħab f’Jannar tal-2021, iżda kienet posposta minħabba l-pandemija tal-Covid-19.