Futbol Sport

Inter investigati b’rabta mad-dħul finanzjarju ta’ bejn l-2017 u l-2019

Il-Guardia di Finanza f’Milan fetħu investigazzjoni b’rabta mad-dħul finanzjarju ta’ Inter bejn l-2017 u l-2019, fejn kienu sekwestrati diversi dokumenti mill-uffiċji tal-bord tad-diretturi ta’ Inter. L-investigazzjoni hija marbuta wkoll ma’ komunikazzjoni falza dwar kuntratti ta’ madwar 12-il plejer.

L-investigazzjoni infetħet wara li l-gazzetta ‘Corriere della Sera’ rrapurtat irregolaritajiet fid-dikjarazzjonijiet finanzjarji tal-club. Aktar kmieni f’Novembru, Il-Guardia fi Finanza f’Turin fetħet investigazzjoni wkoll kontra Juventus dwar trasferimenti li seħħew bejn l-2018 u l-2021.

Intant Milan ukoll kienu investigati dwar allegazzjonijet simili, madanakollu l-investigazzjoni ma rriżultat fl-ebda irregolaritajiet mir-Rossoneri.