Matul l-aħħar laqgħa tal-Eżekuttiv tal-MFA kien deċiż li l-partiti tat-tielet round tal-Kampjonat BOV Premier se jkunu determinati permezz ta’ polza li se tittellgħa fl-14 ta’ Marzu. Fl-istess laqgħa ngħata wkoll rendikont tan-nefqa għall-ewwel tliet xhur għall-istaġun 2021/22. Dan filwaqt li ġew reveduti wkoll il-protokolli maħruġa mill-awtoritajiet tas-saħħa b’rabta mat-tkomplija tal-kampjonati, bil-għan li tkun kkontrollata l-imxija tal-Covid-19 fil-futbol lokali.
Fl-istess laqgħa l-MFA ħabbret ukoll li se tkun imwaħħla ‘scoreboard’ ġdida li fl-Istadium Nazzjonali, wara applikazzjoni mal-FIFA Forward Program. Din l-iscoreboard se tilħaq ir-rekwiżiti mitluba għal stadiums ta’ kategorija 4 fejn se tintuża wkoll biex jixxandru l-aqwa siltiet mill-partiti kif ukoll se jixxandru filmati u messaġġi relatati mas-sigurta’ u s-saħħa fl-istadium.
//= $special ?>