Lokali

Raġel isofri ġrieħi gravi f’inċident f’Bormla

Ilbieraħ, għall-ħabta tat-15:15hrs, il-Pulizija ġiet infurmata b’inċident tat-traffiku fi Triq San Nikola, Bormla.

Minn investigazzjoni preliminari rriżulta li raġel ta’ 68 sena residenti Bormla stess weġġa’ wara li ntlaqat minn vettura tat-tip Mazda 2, li kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 31 sena residenti Ħaż Żabbar.

Il-vittma ngħata l-għajnuna minn tim mediku, ittieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza u aktar
tard, ġie ċċertifikat bi ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.