Juventus teglħu fil-ħames post tal-klassifika wara li fl-Allianz Stadium huma għelbu lil Cagliari bl-iskor ta’ 2-0. Huma marru fil-vantaġġ ħames minuti minn tmiem l-ewwel taqsima, meta x-xutt ta’ Federico Bernardeschi kien salvat, b’Moise Kean japprofitta u jitfa’ fix-xibka għal 1-0. Minkejja dan Juventus kellhom jistennew sat-83 minuta biex aċċertaw ruħhom mir-rebħa, meta minn pass ta’ Dejan Kulusevski, kien Federico Bernardeschi li xeħet fix-xibka għal skor finali ta’ 2-0.
F’partita oħra Atalanta kienu miżmuma fi draw ta’ 0-0 kontra Genoa, bit-tim immexxi minn Gianpiero Gasperini jonqos milli japprofitta mit-telfa ta’ Milan fi tmiem il-ġimgħa, b’Atalanta jibqgħu fir-raba’ post bi 38 punt.
Intant il-partita l-oħra skedat bejn Udinese u Salernitana ma ntlagħbitx wara li Salernitana ma marrux għall-partita minħabba diversi ta’ każijiet pożittivi għall-Covid-19 fl-iskwadra tagħhom.
SERIE A
Illum: Udinese v Salernitana posp., Genoa v Atalanta 0-0, Juventus v Cagliari 2-0 Għada: , Sassuolo v Bologna 4.30pm, Venezia v Lazio 4.30pm, Inter v Torino 6.30pm, Roma v Sampdoria 6.30pm, Verona v Fiorentina 6.30pm, Empoli v Milan 8.45pm,Napoli v Spezia 8.45pm
//= $special ?>