Ilbieraħ filgħaxija, għall-ħabta tad-2100hrs, il-Pulizija ġiet infurmata b’inċident tattraffiku fi Triq ir-Rinella, Kalkara.
Minn investigazzjoni preliminari rriżulta li seħħ inċident bejn Toyota Corsa misjuqa minn raġel ta’ 33 sena residenti l-Kalkara u Volkswagen Polo misjuqa minn mara ta’ 22 sena residenti Ħaż-Żabbar.
Fil-karozza mal-mara, kien hemm mara oħra ta’ 21 sena residenti Ħaż-Żabbar u żewġt itfal ta’ 3 u 4 snin. Huma ngħataw l-għajnuna minn tim mediku u minn membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili.
Aktar tard it-tifla ta’ 3 snin li ttieħdet l-Isptar Mater Dei b’ambulanza, kienet iċċertifikata bi ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.
//= $special ?>