Il-kowċ ta’ Tottenham Antonio Conte ikkonferma li l-club se jkun qed jikkunsidra li jieħu azzjoni legali kontra l-UEFA wara li Tottenham kienu eliminati mill-UEFA Conference League, mingħajr ma lagħbu l-aħħar partita tagħhom. Dan hekk kif fl-aħħar ġurnata ta’ din il-kompetizzjoni, Tottenham kellhom diversi plejers pożittivi għall-Covid-19, bil-partita kontra Rennes tkun posposta. Madanakollu, aktar kmieni din il-ġimgħa l-UEFA ddeċidiet li tagħti rebħa ta’ 3-0 lil Rennes, b’konsegwenza li Tottenham sfaw eliminati minn dil-kompetizzjoni.
Conte esprima d-diżappunt tiegħu għal din id-deċiżjoni fejn allega wkoll li d-deċiżjoni kienet influwenzata minn interess personali ta’ xi wħud. Intant, Conte qal li l-club jinsab kunfidenti li jista’ jirbaħ dan l-appell, bil-każ saħansitra jista’ jispiċċa quddiem il-Qorti Arbitrali tal-Isport.
//= $special ?>