Chris Cassar
ŻEJTUN C. …………………… 2
VITTORIOSA S. ……………. 3
Żejtun C: C. Cassar, J. Cassar, D. Agius, C. Borg, J. Cloth Goncalves, R. Sgaria Farias, G. Micallef, G. Bugeja, S. Tounkara, D. Xuereb, G. Azzopardi.
Vittoriosa S: R. Marmara, C. Spiteri, A. Cassar, K. Mercieca, E. Grech, E. Ayorinde, A. Micallef, J. Farrugia, D. Sowatey, Q. Bregman, I. Galea
Referee: Fyodor Zammit
Vittoriosa kisbu rebħa sorprendenti imma prezzjuża kontra Żejtun biex kisbu l-ewwel rebħa wara erba’ telfiet konsekuttivi. B’dawn it-tliet punti Vittoriosa avvanzaw fin-naħa t’isfel tal-klassifika, iżda għal Żejtun din kienet daqqa ta’ ħarta kbira fil-mixja tagħhom lejn il-promozzjoni.
Żejtun attakkaw għal ħinijiet twal iżda Vittoriosa kienu iktar konkreti u ħatfu l-ftit okkażżjonijiet li kkrejaw.
Bidu offensive minn naħa ta’ Żejtun iżda kienu Vittoriosa li fetħu l-iskor fil-11-il minuta meta Ayorinde bir-ras żmarka lil Ayrton Micallef li b’xutt angolt fil-baxx għeleb lil Cassar. Żewġ minuti wara risposta ta’ Żejtun b’xutt ta’ Clyde Borg jaħbat mal-mimduda.
Fil-21 minuta Vittoriosa rduppjaw meta minn azzjoni ta’ korner Ayorinde niżżel tajjeb bir-ras lejn Sowatey li b’xutt bomba ħalla lil Cassar iħares. Fil-35 minuta fawl ta’ Evair Grech fuq Gianfranco Micallef, bir-referee jordna l-penalty u minnu Cloth Gonclaves ma żbaljax biex daħħal lil Żejtun fil-logħba.
Żejtun bdew it-tieni taqsima fuq l-attakk iżda kienu maħsuda fil-51 minuta meta f’azzjoni iżolata ta’ Vittoriosa kien Ayrton Micallef li skorja mill-viċin. Żejtun komplew jattakkaw u freekick ta’ Cloth Gonclaves ħabat mal-mimduda.
Żejtun attakkaw bla heda fl-aħħar nofs siegħa iżda kienu nieqsa minn ideat u ftit kellhom ċansijiet ta’ skor. Fid-90 minuta azzjoni ta’ Barbosa fuq il-lemin u kross shot li spiċċa fir-rokna tax-xibka.
//= $special ?>