Fl-aħħar 24 siegħa pajjiżna rreġistra rekord lokali ta’ każi ġodda ta’ Covid-19 hekk kif ġew irreġistrati 582 każ ġdid. L-ogħla ammont li s’issa kien irreġistrat kien 510 fl-10 ta’ Marzu ta’ din is-sena.
Għaldaqstant fl-aħħar sebat ijiem biss f’Malta u Għawdex kellna 2,181 każ ġdid – l-ogħla ammont f’temp ta’ ġimgħa li qatt ġie rreġistrat lokalment kemm ilha li feġġet f’pajjiżna l-pandemija.
Dan filwaqt li sfortunatament il-Ministeru għas-Saħħa ħabbar li l-pandemija ħatfet żewġ ħajjiet oħra f’pajjiżna, żewġt irġiel ta’ 52 u 53 sena rispettivament. Għaldaqstant l-ammont totali ta’ fatalitajiet tal-Covid-19 fil-Gżejjer Maltin issa żdied għal 473.
Bejn it-Tlieta u l-Erbgħa komplew jiżdiedu wkoll il-pazjenti rikoverati l-Isptar Mater Dei u li huma pożittivi għall-virus hekk kif f’24 siegħa l-ammont żdied għal 47, żieda ta’ 7 pazjenti – fosthom 4 persuni rikoverati fit-Taqsima tal-Kura Intensiva.
Filwaqt li ġew irrapportati wkoll 94 persuna bħala mfejqa mill-virus, l-ammont totali ta’ każi attivi huwa dak ta’ 2,991.
//= $special ?>