Lokali

“Il-ħażin ma tista’ qatt tgħidlu tajjeb” – MUT

L-MUT kienet qed issegwi mill-qrib is-sitwazzjoni dwar ir-rapport tal-Kummissarju għall-Istandards fil-konfront tal-Ministru Caruana u rapporti fil-midja tal-każ.

Kien ċar mill-bidu nett, u ferm qabel ma ħareġ ir-rapport, li d-deċiżjoni li l-Ministru tagħti kuntratt lil persuna qrib tagħha kienet waħda ħażina. Ir-rapport tal-Kummissarju George Hyzler ikkonferma li l-Ministru kisret il-kodiċi tal-etika tal-Membri Parlamentari, u għaldaqstant ma kienx għad kellha l-awtorità morali u l-integirità meħtieġa sabiex tmexxi l-Ministeru tal-Edukazzjoni.

Permezz ta’ stqarrija, l-MUT tilqa’ din ir-riżenja. Din kienet meħtieġa sabiex is-settur tal-edukazzjoni jkompli jitmexxa l-quddiem wara li diġà kellu skossi bil-bidliet ta’ tliet Ministri fl-aħħar sentejn. Il-Union saħqet li hija lesta, bħal dejjem, li taħdem mal-Ministru l-ġdid meta jinħatar, għal ġid tal-qasam edukattiv.