Għal bosta xhur issa, l-Kumitat Eżekuttiv tal-Malta Police Union, ilu jiġbed l-attenzjoni lill-awtoritajiet rispettivi rigward is-sitwazzjoni ‘tat-tielet dinja’ li diversi Pulizija qed jkollhom jaħdmu fih ta’ kuljum.
Kien għalhekk li l-MPU ħarġu bi strateġija biex jiġu trasformat għal aħjar l-ambjent li qiegħdin jaħdmu fih il-pulizija. L-MPU qed tagħmel referenza lejn Oġġettiv numru 8 li jitlob għal ambjent aktar aħar biex jaħdmu fih il-pulizija, speċifikament l-uffiċini tal-pulizija, hekk kif il-pubbliku jista jara minn dawn ir-ritratti.
Sfortunatament, it-tip ta’ tibdil li qiegħed isir fil-korp tal-pulizija, huwa biss tibdil li qiegħed jikkreja inċertezza u kaos fi ħdan il-korp, bil-konsegwenza li diversi uffiċjali qiegħdin jitilqu minn mal-korp fil-massa. Dan filwaqt li miżuri li huma ferm aktar pragmatiċi u ta’ sens komun, qiegħdin jitħallew fuq l-ixkaffa.
L-MPU talbet li jitfassal pjan, kemm jista jkun malajr, biex fis-6 xhur li ġejjin dawn il-postijiet jiġu rinnovati. Filwaqt li l-MPU kompliet biex tgħid li l-Uffiċjali tal-pulizija ma’ jistħoqilhomx li jaħdmu f’dawn it-tip ta’ ambjenti, speċjalment meta dawn l-uffiċjali jridu jaqdu kemm lill-poplu Malti, kif ukoll lit-turisti li jiġu f’Malta.
Il-Malta Police Union tirringrazja lill-dawk kollha li għadhom qiegħdin jaqdu dmirhom u jidħlu għax-xogħol minkejja l-istat diżastruż li jinsabu fihom l-uffiċini tal-Pulizija.
//= $special ?>