Lokali

Il-Papa għandu jiġi fl-ewwel kwart tas-sena

Il-papa mistenni jiġi fl-ewwel kwart tas-sena d-dieħla. Dan tħabbar mill-Prim Ministru Robert Abela wat programm fuq ix-xandir tal-Istat.

Minkejja li l-poplu kien qiegħed jistenna tweġiba konkreta min-naħa ta’ Robert Abela dwar x’se jkun il-pass illi jmiss fl-isfond ta’ każi rekord li pajjiżna rreġistra fl-aħħar 24 siegħa, Abela kien vag ħafna rigward is-suġġett.

Spikkat ukoll id-diżattenzjoni assoluta rigward il-kollass totali tal-Gvern immexxi minnu wara li aktar kmieni illum irriżenjat Justyne Caruana minn Ministru tal-Edukazzjoni minkejja it-tkaxkir tas-saqajn tiegħu kif ukoll l-eks deputat Laburista tiegħu Konrad Mizzi u l-eks Chief of Staff Kieth Schembri ġew projbiti mill-Gvern tal-Istati Uniti milli jirfsu pass fl-artijiet Amerikani għax ġew deskritti bħala korrotti b;rabta mad-deal tal-‘Electrogas’ li Robert Abela nnifsu għadu qed jiddefendi.

Minflokk il-mexxej Laburista għażel li jipprova jiddevja l-kriżi tal-Labourbilli juża l-aħbar taż-żjara tal-Papa Franġisku

Tags