Lokali

Il-President u s-Sinjura tiegħu f’iżolament wara kuntatt ma’ persuna bil-Covid-19

Ritratt: Martin Agius

Aktar kmieni l-Erbgħa waranofsinhar l-Uffiċċju tal-President ta’ Malta ħareġ stqarrija li l-President ta’ Malta u s-Sinjura Vella saru jafu li persuna, li kellhom kuntatt magħha t-tnejn li għadda rriżultat pożittiva għall-Covid-19.

Is-stqarrija kompliet biex tgħid li l-President u s-Sinjura tiegħu għamlu swab test illum stess, li rriżulta negattiv, madankollu huma xorta ddeċidew li jagħmlu awtoiżolament bħala miżura ta’ prekawzjoni.

B’hekk saru wkoll arranġamenti biex l-appuntamenti uffiċjali tal-President jiġu posposti għal jiem oħra u jsiru xorta’oħra.

Tags