Lokali

Justyne Caruana f’pożizzjoni li m’għadhiex tenibbli aktar – tixhed Alison Bogdanovic

Mix-xhieda ġuramentat li Alison Bogdanovic, l-eks mara ta’ Daniel Bogdanovic, tat quddiem il-Kummissarju għall-Istandards Pubbliċi joħroġ ċar li l-pożizzjoni ta’ Justyne Caruana bħala l-Ministru tal-Edukazzjoni m’għadhiex aktar tenibbli.

L-ewwel parti tat-test sħiħ tax-xhieda ta’ Alison Bogdanovic:

GH: Bonġu Sinjura Bogdanovic. Aħna tlabnik tattendi għal din il-laqgħa biex tispjegalna ftit l-ilment li int għamilt dwar il-kuntratt li ngħata lil Daniel Bogdanovic mill-Ministeru tal-Edukazzjoni. Għandi nifhem li hu l-eks raġel tiegħek. mill-Ministeru tal-Edukazzjoni.

Tista’ tgħid li trid però ma tantx nixtieq li nidħlu fil-kwistjoni tas-separazzjoni, għax dik ma tinterressanix daqshekk, hux hekk?

AB: Tajjeb.

GH: Dak li jinteressana bħala dan l-Uffiċju kienx hemm irregolarità fl-għoti ta’ dan il-kuntratt minħabba r-relazzjoni li allegatament teżisti bejn il-Ministru Justyne Caruana u l-eks raġel tiegħek.

Intuk il-ġurament, taħlef li tgħid is-sewwa, s-sewwa kollu u xejn ħlief is-sewwa, hekk Alla jgħinek.

AB: Naħlef.

GH: Mela ħa nsaqsik ftit domandi sempliċiment biex inkunu qegħdin, fl-istampa. L-ewwel ħaġa, inti u l-eks raġel tiegħek, meta iltqajtu, kemm ilkom li ltqajtu, kemm-il sena ilu u x’kien jagħmel dak iż-żmien?

AB: Aħna ltqajna fin-99.  Fil-ground il-Gozo Stadium u f’Awwissu tal-1999 stess iżżewwiġna, f’sitt xhur.

GH: Jiġifieri kien diġà footballer jilgħab f’Għawdex?

AB: Ehe. Imma missieru kien coach tal-Hamrun. Imbagħad kien waqaf u ġew Għawdex u Daniel ġie biss jilgħab ma’ Għajnsielem imma kellu xi problema minħabba l-karti u ma setax jilgħab u mbagħad sintendi wara żżewwiġna. Fhimt, ġab il-passaport Malti, hu l-aħhar wieħed, kif iżżewwiġna, ħa l-passaport Malti.

GH: Jiġifieri mill-1999 ’il quddiem, beda jilgħab Għawdex hux hekk qed tgħid?

AB: Ehe, Għawdex, Malta, isiefer, trials, jiġifieri l-impjieg tiegħu kien il-football biss.

GH: Dak iż-żmien kien footballer biss, u kemm kellu żmien dak iż-żmien?

AB: Dsatax.

GH: Dsatax. Jiġifieri meta imbagħad mar mal-Belt u hekk dak ġrat wara?

AB: Iva, konna miżżewġin

GH: Kontu miżżewġin però bqajtu tgħixu Għawdex jew?

AB: Skont, Għawdex, jew jiġifieri għexna Marsaxlokk, Birżebbuġia, tas-Sliema, Swieqi, jekk kienu joffrulu akkomodazzjoni kont ninżel miegħu.

GH: Issa, hu irtira mill-football, bħala player qed ngħid?

AB: Le, il-kuntratt li ffirma ma’ Għajnsielem għal tliet snin kien bħala player-coach, fil-fatt fit-23 ta’ Diċember 2020 lagħab kontra l-Pietà u l-Ministru kienet qed tarah.

GH: Skużani, ma fhimtekx.

AB: Dakinhar anke l-Ministru kienet qed tarah.

GH: Kienet qed tarah x’jiġifieri?

AB: Kienet qed tara l-logħha.

GH: Ġiet tara l-logħba?

AB: Aħna ma stajniex immorru għax in-nies ma jistgħux jidħlu l-grawnd, imma l-Ministru ċemplet għax sintendi Għawdex żgħir, kulħadd jaf ’l kulħadd, jiġifieri l-kelma tiġri, u tal-grawnd ma redux iħalluha tidħol u mbagħad ċemplu lill-President tal-GFA Samwel u qalilhom: “Ministru hux, tridu tħalluha tidħol!” U’ għamlet show għax weġġa’ u ma kien hemmx ambulanza… u…

GH: Jiġifieri sal-lum il-ġurnata għadu qed jilgħab qed tgħid?

AB: Iva. U jikkowċja.

GH: Issa apparti li kien footballer u coach tal-football, kien jagħmel xi xogħol ieħor kemm domtu flimkien?

AB: Le. Mela xi erba’ snin ilu ġara każ ta’ vjolenza domestika u spiċċajna l-Qorti. Konna għamilna xi xahrejn jew tliet xhur separati. Konna telgħin u neżlin il-Qorti iżda mbagħad konna rranġajna u bdejna nitkellmu biex naraw nirranġawx l-affari.

Kien hemm imbagħad l-inċident meta Daniel kien qed jilgħab max-Xewkija kontra Għajnsielem, u weġġa’ siequ Kien weġġa’ siequ gravi tant li sal-lum għad baqagħlu xi ħadid ġo siequ. Dakinhar kienu  ċempluli ħafna nies li kienu l-grawnd u qaluli li Daniel kien weġġa’ u serjament.

Ir-relazzjoni tagħna iżda niftakar li darba Daniel kien arrestat mill-Pulizija u meta kien fil-kustodja tal-Pulizija, il-President tax-Xewkija kien għamel garanzija personali, ħallaslu l-Qorti, biex Daniel seta’ jinħareġ mill-arrest u jmur jilgħab.

Allura hu qalli “Kien hemm Ministru”… naħseb… ma nafx min…li għen lil tax-Xewkija u lil Daniel daħħlu fil-Community Work. Għandi l-kuntratt jekk trid tal-Community Work.

GH: F’liema sena kien dan?

AB: Għandi l-kuntratt.

GH: Tajjeb.

AB: Għax jien kont nieħu ħsieb dawn l-affarijiet għaliex hu ma kienx jieħu ħsieb il-kuntratti. Għax hu football u playstation.  Affarijiet ta’ kontijiet u kuntratti kollox jien.

GH: Bħala skola x’kellu hu?

AB: Xejn. Għax hu twieled il-Libja, għex il-Libja u t-Tuneżija u m’għandu l-ebda ċertifikat. Hu jaf jitkellem b’għaxar lingwi għax kull pajjiż li mar mill-ewwel qabad. Anki hawn, il-Malti jaf jitkellmu aħjar minni.

GH: Hu kien mar skola Malta jew le?

AB: Le. Malta qatt ma mar skola. Le. Hu kif wasal hawn qal li ġie ta’ 16 għamlu xi sena u nofs, u reġgħu marru t-Tuneżija u imbagħad ġew lura u ġie Għawdex. Għawdex qatt ma mar skola, u lanqas għandu ċertifikati. Li mar skola tal-MFA. Għandu l-liċenzji li għandu C u B u issa dis-sena qed jagħmel l-A licence.

GH: Ta’ xiex huma dawn?

AB: Tal-coaching.

GH: Mela qed nara dan il-kuntratt li tajtni, dan qiegħed datat mit-2 ta’ Jannar 2018. U x’kien jagħmel mal-Community Workers Scheme allura?

AB: Għall-ewwel daħal fir-range taż-Żebbuġ jagħmlu l-ġebel tas-sejjiegħ u dak li jkun hemm bżonn f’Għawdex imma imbagħad tawh transfer għall-isports complex.

GH: T’Għawdex?

AB: Iva. Bħala Sports Educator. Għax għandi l-payslip u hekk miktub fuqha.

GH: Imma x’kien jagħmel bħala Sports Educator?

AB: L-isports complex imma, jidħol u ma jagħmel xejn milli qed nisma’ issa għax issa n-nies kulħadd jiġi jgħidlek. Sa nofsinhar kien ikun id-dar, sas-sagħtejn.

GH: Kemm ilkom miżżewġin intom?

AB: Iżżewwiġna f’Awwissu bil-Knisja fl-1999 u bil-Qorti f’Lulju ta’ qabel.

GH: U sseparati?

AB: Issa mis-27 ta’ Frar 2021.

GH: Għadkom kif isseparajtu issa? Tfal?

AB: Tlieta, miegħi qegħdin.

GH: Meta attwalment telaq mid-dar hu, apparti separazzjoni?

AB: (Hawhekk Alison Bogdanovic spjegat iċ-ċirkostanzi tas-separazzjoni tagħha li seħħu qabel ma telaq Daniel Bogdanovic.)

Hu telaq fi New Year’s Eve, mid-dar, u imbagħad jien erġajt dħalt lura id-dar.

GH: Jiġifieri int qed toqgħod fid-dar fejn kontu tgħixu qabel u hu telaq u fejn qed joqgħod?

AB: Għax issa d-dar tiegħi, għax sehmu kitbu lili għax jiena mort affaċċjajt lill-Ministru.

GH: Erġa’ għidli skużani?

AB: Mela issa d-dar hi kollha tiegħi għax sehmu kitbu lili għax qabel ma riedx itini xejn… la manteniment… xejn.

GH: Minħabba s-separazzjoni qed tgħid.

AB: Iva.  Għax mort sibt lill-Ministru, affaċċjajtha u mbagħad kollox tani li ridt.

GH: Meta tgħid affaċċjajtha, x’jiġifieri?

AB: Mort u sibtha għandu.

GH: Id-dar tiegħu?

AB: fejn qed jikri. Ta’ Sannat. Qiegħda hemmhekk fuq xogħol, kien fis-7 ta’ Jannar li għadda kif lestiet minn Kastilja, għax kien hemm taħdidiet tal-istrajk, ġiet wara l-bieb tiegħu, u ma tajthiex ċans tidħol għandu. Li kelli ngħidulha għidtulha, imma, tkompli tigdeb “mhux vera”.

GH: Tat spjegazzjoni x’qed tagħmel hemm allura?

AB: Qalet li kienet ġabitlu karti tax-xogħol u jien għidtilha “tista’ ttihomlu għada filgħodu?” “Le”, qaltli “le għax irid jagħmel… imma mhux affari tiegħek”.

GH: Fid-disgħa u nofs ta’ filgħodu jew ta’ filgħaxija?

AB: Ta’ filgħaxija.

GH: Jiġġifieri, din l-allegazjoni li qiegħda miegħu, f’relazzjoni miegħu jiġifieri, apparti dan l-inċident fejn inti rajtha.

AB: KJiena anke Malta ġejt, niffollowjahom imma ħarbuli għax wara training baqa’ nieżel Malta u kienu miftehmin ġo xi lukanda Għawdex u hu baqa’ għax kellu l-kors l-għada filgħodu l-Ħamis baqa’ sejjer Ta’ Qali u hi ġiet mal-vapur tat-tmienja u nofs. Għax jiena għandi l-filmati ukoll, dieħla u ħierġa l-appartment tiegħu. Jiġifieri nista’ nurihomlok mhix problema.

GH: Għandek filmati tagħha dieħla u ħierġa l-appartament tiegħu Għawdex jew Malta?

AB: Għawdex.

GH: Għawdex. Issa, ħa niġu għax-xogħol tiegħu mal-Ministeru. Fil-media kien ġie rappurtat illi hu kellu xi xogħol, kellu card, jew, email address dawn l-affarijiet, mas-Segretariat, qabel id-data tal-kuntratt li ngħata u ġie rappurtat ukoll fil-media.

AB: Anke l-Libja mar magħha. Anke l-Libja mar magħha fit-13 ta’ Diċembru tal-2020 għax jien għaddejtlu l-libsa u l-laqgħa fil-Libja  qalli li kienet se tkun fl-4 a.m. fil-Libja. Kien ilni naf xi ġimgħa qabel ma marru, għax, qara l-email, li, kien hemm iċ-ċifra xi 35… li ħa jiddiskutu, li ħa jiftħu xi skola, jiġifieri qabel ma marru, kont naf, għax qalli u għax qrali l-email.

GH: Sew. Dan f Diċembru?

AB: Iva.

GH: Fit-13 ta’ Diċembru.

AB: Iva. Kienu marru mal-vapur tas-6. 16 a.m. Telaq mid-dar u ġie x-xufier għalih. Ma nafx jekk il-Ministru kenitx magħhom fil-karozza lejn Malta. Qalli li marru bil-private jet u x’ħin ġie, lit-tfal urihom ir-ritratti tal-Libja għax hu għex il-Libja, twieled il-Libja, il-Libja, nofsha imfarka u qalilhom li libsuh il-jacket-proof.

GH: Bulletproof jacket?

AB: Iva. Qalilhom li  mill-ajruplan  “ma stajtx nieħu ritratti għax kif inżilna, qabel ma nżilna minn ġol-ajruplan, ħadulna l-mowbajl u mbagħad reġgħu tahulna x’ħin irkibna lura fl-ajruplan”.

GH: Ġurnata għamlu hemm? Marru u ġew?

AB: Iva, marru u ġew. Anqas minn ġurnata, għax marru fit-13 u fil-14 waslu. Baqgħu ġejjin il-Ministeru l-Furjana u qalli, u mbagħad id-dar wasal f’xit-3p.m.

GH: Lejl wieħed?

AB: Iva.

GH: Dak iż-żmien x’kien ir-rwol tiegħu fis-Segretarjat?

AB: Lili qalli person of trust tagħha. Għandhom grupp chat, hi, Etienne u Daniel għax hu qisu bħal Etienne St. John fhimt? Qalli jien ftit minn kollox, għax jien għidtlu li hu ma kellux ċertifikati u allura mhux suppost li qiegħed hemm imma hu qalli li person of trust m’għandux għalfejn ikollu ċertifikati”. Imbagħad, qara l-email lili u lit-tifla, xogħlu x’kien se jkun għax hu dejjem fl-isports, li ħa jkun Head of School of Sports fuq l-għalliema tal-P.E. biex il-P.E. jkollu iżjed, ikun hemm iżjed lessons tal-P.E. f’kull skola, jiġifieri mhux ġo Skola Sports biss. Il-paga kienet se tkun €2,900 għax kien hemm e-mail u qralha lili u lit-tfal.

GH: Meta tgħid se jkun, tfisser, għadu ma sarx?

AB: Għax jiena ifhem issa ma nafx, għax jien qed ngħidlek x’kien qal f’Diċembru jiġifieri, issa ma nafx għax issa m’għandix.

GH: Le għaliex fil-gazzetti kien ġie rappurtat li hu kien diġà fis-Segretarjat.

AB: Iva, għax għandi.

GH: Iva, imma s-Segretarjat ċaħadha din.

AB: Sorry?

GH: Il-Ministeru ċaħadha. Il-Ministeru kien qal li dan mhux veru.

AB: Ħeqq… għandi l-badge ukoll, jiġifieri.

GH: Il-badge?

AB: Il-badge… ħalli nurihielek mela…għax id-dar kien jiġi bil-badge. Imbagħad jinżagħha.

GH: Il-paga tiegħu sa dak iż-żmien minn fejn kien qed jeħodha? Mill-Community Workers Scheme jew il-Ministeru?

AB: Issa, bħala paga tal-Community irranġatlu li se jibqa’ jeħodha.

GH: Jibqa’ jeħodha oltre l-paga tiegħu?

AB: Iva.

GH: Fis-Segretarjat?

AB: Iva.

GH:  Però mas-Segretarjat, attwalment ġie impjegat jew le?

AB: Iva. Għax hu hekk qal li issa se jkollu, se jkollna, iżjed flus. Hekk kien qalilhom lil-tfal. Qalilhom għax se jkolli l-paga tal-Ministeru, il-paga tal-Community u d-dħul li kellu mill-football.  Qalli li mbagħad kien se jieħu din extra… tal-Head of School.

GH: Ok. Mela dan it-tip ta’ xogħol m’għandux x’jaqsam mal-kuntratt  tal-€5,000 fix-xahar?

AB: Le.

GH: Qabel?

AB: Qabel. Fil-fatt f’Diċembru kien idur magħha l-iskola. Dawn kollha kienu d-dar jiġifieri hu kiteb id-dati fejn kien ikun iduru l-iskejjel.

GH: Inti qed turini x’tip ta’ timetable din, x’inhi?

AB: Iva.

GH: Timetable ta’ żjarat.

AB: Taż-żjarat u hu kitibhom

GH: Li għamel fl-iskejjel qabel.

AB: F’Diċembru, Jannar u Frar u mbagħad x’ħin ħarġet fil-medja waqfet biex in-nies ma jarawhx magħha.

GH: Dawn għandi nifhem ħallihom id-dar warajh. B’hekk ġew f’idejk.

AB: Le.  Għax jien xorta kont għadni mmur id-dar, innaddaf. Jien tlaqt biex nissepara imma qabel, sakemm hu kien għadu jgħix id-dar, jien xorta kont immur insajjar li-tfal, innaddfilhom, tlett it-tfal, ma nistax naqbad u nħallihom.

GH: Għax it-tfal baqgħu hemm dak iż-żmien?

AB: Iva.

GH: Il-Ministru dejjem baqgħet tiċħad?

AB: Iva.

GH: Ħa niġu għal dan il-kuntratt tat-tliet xhur biex niftehmu. Fejn hu

kien qed jitħallas €5,000 fix-xahar… għandek kopja tal-kuntratt? 

AB: L-oriġinali għandi.

GH: Għandek l-oriġinali?

AB: U għandi l-business card.

GH: Għandi nifhem li l-media inti tajtomhom allura ?

AB: Le.

GH: Le?

AB: Le. M’għandix…saru jafu imma mhux jien. Imma jien kont bgħattu lil xi żewġt iħbieb.

GH: Bgħattu lil xi żewġt iħbieb?”

AB: Iva. Żewġt ħbieb.

GH: Tiegħek?

AB: Iva.

GH: Għax inti urejtu lin-nies dan il-kuntratt?

AB: Iva.

GH: Dawn se nagħmlu kopji tagħhom.

AB: Iva.

GH: Se nagħmel kopji ta’ kollox għax aħjar hekk.

AB: Iva.

GH: Għandek iżjed x’ittina ħalli nagħmlu kopji ta’ kollox?

AB: Dan kien fuq il-media, din il-karozza li tatu, għandu l-mowbajl, petrol, kollox imħallas mill-Ministeru. Sa xtratlu arloġġ fil-Milied.

GH: Kif taf li xtratulu hi?

AB: Għax filli ma kellux arloġġ, imbagħad l-għada tal-Milied kellu arloġġ… naħseb…

GH: Int qed tassumi li xtratlu l-arloġġ?

AB: F’Ottubru Daniel qaleb il-mowbajl mill-Vodafone għall-Melita għax kien diġà jaf li issa qed nagħmel kollox one plus one.  Kien diġà jaf li se jkollu xogħol mal-Ministru u allura qaleb kollox. Anki l- email iżda dan ħallih fuq il-kompjuter u dan l-aħħar it-tifla skopriet u dħalna u naraw il-calls u l-messaġġi lil min jibgħat, jiġifieri għandi l-calls, li jċempel il-Ministru anke f’nofs il-lejl. U jien kont għadni d-dar, jiġifieri anke f’Novembru aħna konna ngħixu ma’ xulxin u hu kien qed iċempilha f’nofs il-lejl.

Anke issa wara logħba tal-football jew wara training kien iċemplilha biex jiltaqgħu.  Għax jiena kont niffolowjah. Jien dik il-ħaġa li jkompli jigdeb jew li lit-tfal jgħidilhom li ommhom kisret il-familja mhux se naċċettaha.