Justyne Caruana rreżenjat minn Ministru għall-Edukazzjoni.
Dan tħabbar fi stqarrija maħruġa mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru hekk kif ġie spjegat li Caruana infurmat lill-Prim Ministru Robert Abela – bil-Prim Ministru jaċċetta din ir-riżenja, f’konferma li hu ma kienx kapaċi jieħu azzjoni fil-konfront tagħha.
Dan wara li l-Kummissarju għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika George Hyzler sabha ħatja ta’ ksur ta’ etika u abbuż ta’ poter meta tat trattament preferenzjali lis-sieħeb tagħha, Daniel Bogdanovic, bl-użu ta’ fondi pubbliċi.
Dan ifisser ukoll, li minkejja l-appelli kollha, xorta waħda jidher li Justyne Caruana għażlet li tibqa’ granfata mas-siġġu Parlamentari tagħha u l-edukazzjoni ta’ uliedna spiċċat f’limbu u mingħajr direzzjoni minħabba l-kriżi li ħakmet il-Gvern tal-Labour.
Din hi t-tieni riżenja ta’ Justyne Caruna mill-Kabinett f’temp ta’ sentejn.
L-ewwel waħda kienet seħħet meta feġġet ir-rabta bejn l-eks raġel tagħha, l-eks Deputat Kummissarju tal-Pulizija Silvio Valletta, u Yorgen Fenech. Dakinhar, hi kienet irriżenjat mill-kariga tagħha bħala Ministru għal Għawdex u qalet li kienet “totalment estranja” għal dak li kien irrappurtat.
Hija reġgħet lura fil-Kabinett sena ilu meta l-Prim Ministru ħabbar tibdil f’Novembru tal-2020.
//= $special ?>