Id-Dipartiment tal-Istat tal-Istati Uniti tal-Amerka llum ħareġ ordni li jipprojbixxi lill-eks Ministru Laburista Konrad MIzzi u lill-eks Chief of Staff ta’ Kastilja Keith Schembri milli qatt jirfsu fuq art Amerikana.
Bħala spjega għal dan id-Dipartiment li huwa l-ekwivalenti tal-MInisteru għall-Affarijiet Barranin qal li ż-żewġ irġiel Maltin li kienu jiffurmaw parti integrali mill-Gvern Laburista sa ftit żmien ilu huma ħatja ta’ atti ta’ korruzzjoni li jinkludu wkoll l-użu ta’ influenza poltika u tal-poter uffiċjali li kellhom għall-benefiċċju personali tagħhom. Speċifikament, ikompli jgħid id-Dipartiment, hemm informazzjoni ta’ min jorbot fuqha li Mizzi u Schembri kienu involuti fi skemi korrotti li jinkludu l-għotja ta’ kuntratt tal-Gvern għall-bini ta’ powerstation – dik tal-Electrogas – u għal servizzi oħra biex huma setgħu jixxaħmu u jieħdu l-kickbacks.
L-istess stqarrija tgħid li l-aġir ta’ Mizzi u Schembri mminaw is-saltna ta’ dritt f’pajjiżna kif ukoll il-fiduċja tal-Maltin fl-istituzzjonijet demokratiċi tal-pajjiż kif ukoll fil-proċessi pubbliċi.
Minbarra Keith Schembri u Konrad Mizzi, huma pprojbiti milli jidħlu fl-Istati Uniti wkoll mart Konrad Mizzi, Sai MIzzi, iż-żewġ uliedhom, Josette Schembri, mart Keith Schembri kif ukoll iż-żewġ ulied tagħhom.
//= $special ?>