Tħabbret il-mewt tal-attriċi Britannika Sally Ann Howes (ritratt), li kellha partijiet memorabbli fil-famużi films Chitty Chitty Bang Bang u My Fair Lady.
Howes, li mietet fl-età ta’ 91 sena, kienet rebbieħa ta’ The Tony Award għal eċċellanza fil-qasam teatrali u kienet dehret fuq l-iskrin għall-ewwel darba fl-età ta’ 12-il sena. Il-karriera ta’ Howes damet għal 60 sena iżda baqgħet l-aktar magħrufa għar-rwol ta’ Truly Scrumptious f’Chitty Chitty Bang Bang, il-film mużikali li nħadem fl- 1968 u kellu wkoll lil Dick Van Dyke fir-rwol prinċipali.
//= $special ?>