Il-ħaddiema tas-salvataġġ għaddejjin bi tfittxija ddisprata għal talanqas 100 persuna li ma dehrux aktar wara li seħħet valanga tal-art f’minjiiera li tipproduċi l-minerali. Il-minjiera tinsab fiz-zona ta’ Hpakant, fl-Istat ta’ Kachin, lejn in-naħa ta’ fuq ta’ Myanmar.
L-indikazzjonijiet huma li l-parti kbira tal-vittmi kienu persuni li kienu qed jaħdmu fil-minjiera illegalment. L-aħħar rapporti qalu li talanqas persuna kienet irrappurtata mejta, biċ-ċifra mistennija tiżdied fis-sigħat sussegwenti.
It-tfittxija għan-neqsin, fil-parti kbira, ikkonċentrat f’inħawi tal-minjiera li tinkludi xmara u meta maħsub li l-valanga seħħet b’kaġun ta’ mewġa kbira ta’skart li t-trakkijiet kienu qed jitfgħu mill-għoli għal ġol-minjiera miftuħa.
//= $special ?>