Lokali

“Aħna nistgħu nkunu l-alternattiva soda u ffukata għal dan il-pajjiż” – Bernard Grech

“Il-Ministru Justyne Caruana kellha tirriżenja mill-Kabinett għat-tieni darba…għaliex ma kienetx denja li tkun Ministru”

Dawn kienu l-ewwel kummenti tal-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech wara li l-Erbgħa tħabbret ir-riżenja ta’ Justyne Caurana minn Ministru tal-Edukazzjoni it-tieni rizenja ta’ Caruana minn Ministru fi 23 xahar.

Mistieden waqt il-programm NetLive Bernard Grech spjega kif fl-isfond tar-riżenja ta’ Silvio Griscti jumejn ilu… u tal-iskandlu ta’ Castaldi Paris li ħabbar li mhux se jerġa jikkontesta mal-Partit Laburista… dan ifisser il-kollass bilmod il mod tal-Gvern ta’ Robert Abela wara li inqas minn sentjen ilu Gvern Laburista ta’ dakinhar għaddiena mill-akbar kriżi poltika f’għexieren ta’ snin.

Grech irrefera wkoll għal aħbar oħra li ħarġet mill-Istati Uniti l-Erbgħa stess li tkompli turi kif l-iskandli li derriena bihom il-Gvern Laburista… għadhom qed iħallu marka sewda fuq ir-reputazzjoni ta’ pajjiżna madwar id-dinja kollha… u f’dan lisfond fakkar l-obbligu tal-Partit Nazzjonalista f’dan il-kuntest li jkun it-tarka tal-poplu..

Dan kollu qed jiġri f’pajjiżna waqt li qegħdin niġġieldu ġlieda qalil ma pandemija li f’24 siegħa ħalliet kważi 600 każ ġdid ta’ Covid-19 f’pajjiżna… fl-istess waqt li l-Gvern qed jonqos li jkun trasparenti mal-poplu Malti.

Bernard Grech għalaq l-intervent tiegħu waqt NetLive billi awgura li minkejja dak kollu li għaddej f’pajjiżna…. ningħaqdu lkolll f’għan wieħed bħal ma dejjem għamilna u f’dawn il-jiem ta’ festa nuru l-ġenerożità tagħna billi nagħtu milli nisgtħu fl-Istrina sabiex dawk li għalihom dawn il-ġranet huma ta’ uġigħ u tbatija nkunu nistgħu intaffulhom xi ftit minn dak li qed itaqqalhom u jxekkilhom milli jiċċelebraw dawn il-ġranet sbieħ.