It-tennist Brittaniku Andy Murray ingħata l-wildcard sabiex ikun fil-polza prinċipali għall-Open tal-Awstralja f’Jannar li ġej. It-tennis ta’ 34 sena tilef l-Open tal-Awtstralja din is-sena hekk kif ma tħalliex jidħol fil-pajjiż wara test pożittiv għall-Covid-19. Murray ikkompeta għall-aħħar darba f’dan it-turnament fl-2019 fejn kien sofra injury li kienet se twassal għat-tmiem tal-karriera tiegħu.
Minkejja dan, Murray stqarr li jinsab eċitat ħafna li se jirritorna fl-Awstralja, bl-organizzatur tat-turnament Craig Tiley jgħid li jinsab onorat li Murray se jirritorna f’dan it-turnament prestiġjuż.
//= $special ?>