Sport Sport Ieħor

Beijing b’appell biex l-atleti jieħdu l-booster qabel l-Olimpjadi tax-Xitwa

L-Organizzaturi tal-Olimpjadi tax-Xitwa f’Beijing qed jappellaw lill-atleti sabiex jieħdu l-booster tal-Covid-19 qabel il-parteċipazzjoni tagħhom fl-Olimpjadi, fid-dawl taż-żieda fil-każijiet pożittivi u l-varjant tal-Omicron.

Wieħed mid-diretturi, Huang Chun, qal li kemm iċ-Ċina kif ukoll il-Kumitat Olimpiku Internazzjonali qablu li għandhom jagħmlu dan l-appell fid-dawl tas-sitwazzjoni globali tal-pandemija matul dawn il-ġimgħat.

Matul l-Olimpjadi, l-atleti, l-istaff u l-ġurnalisti se jkun kollha f’’bubbles’ hekk kif iċ-Ċina għandhom fost l-aktar restrizzjonijiet stretti rigward vjaġġar minn u lejn il-pajjiż.