Tneħħiet minn postha l-istatwa famuża fl-Università ta’ Hong Kong li ttellgħet biex tfakkar il-massakru tal-attivisti favur id-demokrazija fi Pjazza Tiananmen ta’ Beijing u li kien seħħ fl-4 ta’ Ġunju tal-1989. Dan meta ċ-Ċina qed iżżid il-miżuri ripressivi fuq it-territorju ta’ Hong Kong, li kien dam sas-snin disgħin bħala kolonja tar-Renju Unit.
Din l-istatwa (ara ritratt) turi munzell ta’ katavri fuq xulxin bħala simbolu tal-mijiet – x’aktarx eluf – li, fl-1989, spiċċaw maqtula brutalment mill-qawwiet Ċiniżi huma u jipprotestaw favur il-libertà politika. Il-massakru seħħ wara li eluf ta’ nies kienu kkampjaw barra fil-pjazza għal ġimgħat u meta l-militar taċ-Ċina daħal hemm bit-tankijiet tal-gwerr, fost l-isparaturi fuq in-nies.
Dan il-massakru kien seħħ fuq direttiva tal-awtoritajiet komunisti taċ-Ċina u l-istatwa inkwistjoni kienet fost il-ftit tifkiriet pubbliċi relatati ma’ dan il-massakru fit-territorju ta’ Hong Kong.
Fil-fatt, il-belt ta’ Hong Kong kienet fost il-ftit postijiet fiċ-Ċina li permettiet tifkiriet pubbliċi tal-protesti tal-1989 fi Pjazza Tiananmen – u meta s-suġġett hu wieħed sensittiv ħafna għaċ-Ċina,
Il-Gvern Ċiniż jgħid li kienu mietu ‘mal-200 ċivili u xi għexieren ta’ membri tas-sigurtà’ fl-inċidenti ta’ Tiananmen – iżda sorsi oħra indipendenti jikkalkulaw li l-vittmi, dakinar, x’aktarx li varjaw ‘mill-mijiet sa massimu ta’ 10,000’.
//= $special ?>