Il-Gvern qed jimmira li wara l-vaganzi tal-Milied, l-iskejjel jerġgħu jiftħu. Kien dan il-kliem li lissen il-Ministeru tas-Saħħa Chris Fearne mingħajr ma ta aktar dettalji dwar kif se jsir ir-ritorn fil-klassijiet u jekk hux se jkun hemm aktar restrizzjonijiet. Dan fid-dawl tan-numri tal-Covid li kulma jmur qedgħin dejjem jiżdiedu.
Fl-istess konferenza intqal li s’issa l-istaġun tal-influwenza għadu ma bdiex.
Fl-aħħar jiem, bosta kienu dawk illi staqsew x’se jkun qed isir mill-iskejjel ladarba jerġgħu jiftħu wara l-vaganzi tal-Milied. Dan wara li diversi skejjel madwar Malta u Għawdex, minn sekondarja saħansitra sa Kindergarten, taw struzzjonijiet lill-istudenti sabiex jieħdu kull oġġett li kellhom fil-klassijiet lura lejn id-dar. Iżda dwar dan, Chris Fearne ma qal xejn.
Fuq il-media soċjali, bosta saħqu li raw din il-mossa bħala suspettuża. Oħrajn spjegaw li dan seħħ sabiex inaddfu l-klassijiet, b’numru ta’ persuni oħra jisħqu li dak li ġie spjegat lilhom huwa li dan seħħ għallijistajkun jerġgħu jagħlqu bħal ma’ seħħ fl-2020.
Filwaqt li numru ta’ persuni saħqu li ma jistax ikun it-tfal iridu jibqgħu d-dar għax huma jridu jmorru jaħdmu, oħrajn spjegaw li uliedhom iridu jaraw u jitgħallmu mal-bqija ta’ sħabhom fil-klassi – madanakollu diversi oħra sostnew li b’dawn in-numri jiżdiedu kuljum jidher li dan il-pass se jkun inevitabbli.
//= $special ?>