Il-midfielder ta’ Chelsea Hakim Ziyech tħalla barra mill-iskwadra finali tal-Marokk għat-Tazza tan-Nazzjonijiet Afrikani li se jsiru f’Jannar li ġej fil-Kamerun. Il-coach Vahid Halilhodzic qal li Ziyech kien ta’ influwenza ħażina għal sħabu fit-tim u għalhekk ħa din id-deċiżjoni.
Minkejja li diversi clubs Ewropej qed jheddu lin-nazzjonijiet Afrikani li ma jibgħatux il-plejers tagħhom minħabba l-pandemija tal-Covid-19, il-coach tal-Marokk inkluda lill-plejers bħal Achraf Hakimi ta’ PSG u l-plejer ta’ Barcelona Abdessamad Ezzalzouli.
//= $special ?>