Coronavirus Internazzjonali

Id-WHO tappella biex il-pajjiżi l-foqra jingħataw aktar vaċċini

“Jekk il-pajjiżi l-foqra se jibqgħu bla vaċċin, ifisser li l-virus se jdum aktar fostna.”

Hekk tenna Tedros Adhanom Ghebreyesus l-Kap tad-WHO fejn tenna li minħabba li l-pajjiżi l-foqra baqgħu ma ngħatawx kemm hemm bżonn vaċċini, il-Covid-19 se jkompli jissaħħaħ, huwa kompla jagħmel aċċenn ukoll biex il-pajjiżi l-foqra jingħataw aktar vaċċini.

Huwa tenna li dan kollu qed jagħti l-opportunità biex il-virus ikompli jinxtered.

Tedros Adhanom Ghebreyesus kompla billi qal li l-ebda pajjiż ma jista’ jinqala’ mid-dinja u jgħix waħdu… u għalhekk jeħtieġ sforz kollettiv biex din l-imxija tkun megħluba darba għal dejjem.