Il-Gvern tal-Belġju wasal fi ftehim biex, sal-2025, jingħalqu seba’ reatturi nukleari li ilhom fiċ-ċirkulazzjoni għal snin. Ir-reatturi, fl-inħawi ta’ Doel u Tihange, ilhom żmien joħolqu kontroversja u meta l-istess impjanti kienu ngħalqu kemm-il darba fost l-analiżi tas-sigurtà relatata.
Ir-reatturi inkwistjoni, fil-fatt, kienu ħassbu anki lill-Istati ġirien tal-Belġju u fl-aħħar sigħat intlaħaq kompromess biex dawn jingħalqu għal kollox wara snin ta’ dibattitu u taħditiet fit-tul għall-Ministri tal-Gvern. Il-pjan ‘fi prinċipju’ kien ikkonfermat fl-aħħar sigħat, bl-għeluq tar-reatturi għandu jibda fl-2022. Intant, il-pjan miftihem jesiġi biex iż-żewġ impjanti jispiċċaw żarmati sal-2045.

//= $special ?>